7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/46


Artikolu 185

F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Komunità għandha tippossjedi il-kapaċità ġuridika l-iktar wiesa' mogħtija lill-persuni ġuridiċi bil-liġijiet nazzjonali; b'mod partikolari, hija tkun tista' tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali. Għal dan il-għan, il-Komunita' għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni.